Rapporti fl-Italja qed jindikaw li Lorenzo Insigne se jkun qed iħalli lil Napoli biex jingħaqad ma’ Toronto FC fl-Istati Uniti. Insigne se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ 5 snin sal-2027, iżda se jkun qed jingħaqad magħhom fl-aħħar tal-istaġun f’Ġunju.
Ma’ Napoli Insigne lagħab 319-il partita fejn skorja 89 gowl, f’karriera ta’ 12-il sena. Apparti li kien il-captain tat-tim għall-aħħar tliet staġuni, Insigne kien parti integrali mit-tim nazzjonali tal-Italja li rebaħ il-Euro 2020, f’Londra.
Intant l-attakkant ta’ Toronto u l-eks internazzjonali Taljan Sebastian Giovinco wissa lil Insigne li dan it-trasferiment jista’ jkun ta’ detriment għal karriera internazzjonali tiegħu. Madanakollu hu stqarr li jħares ‘il quddiem għall-possibilita’ li jilgħab ma’ Insigne fl-MLS.
Intant fl-aħħar jiem rapporti indikaw li Toronto jinsabu interessati wkoll f’Andrea Belotti ta’ Torino. Madanakollu jidher li t-timijet minn Milan huma l-favoriti li jiksbu l-firma tal-attakkant ta’ 28 sena.
//= $special ?>