Is-seed numru wieħed Novak Djokovic se jkun qed jiddefendi t-titlu tiegħu fl-Open tal-Awstralja minkejja li m’huwiex vaċċinat għall-Covid-19. F’Diċembru li għadda l-organizzaturi fl-Awstralja saħqu li t-tennisti kollha li se jilagħbu f’Melbourne iridu jkunu vaċċinati. Madanakollu, Djokovic qal li hu ngħata eżenzjoni biex ma jieħux il-vaċċin minn esperti indipendenti.
Il-kap tal-organizzaturi fl-Awstralja Craig Tiley qal li xi wħud mit-tennisti li m’humiex vaċċinati ingħataw eżensjoni sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw f’Melbourne wara proċess rigoruż biex tkun salvagwardjata is-saħħa ta’ dawk involuti.
Djokovic rebaħ l-aħħar tliet edizzjonijiet tal-Open tal-Awstralja u se jkun qed jittama li jirbaħ il-21 Grans Slam fil-karriera, biex b’hekk jaqbeż kemm lil Roger Federer kif ukoll lil Rafael Nadal, għall-aktar Grand Slam mirbuħa fil-karriera.
//= $special ?>