L-Iskoċċiż Peter Wright rebaħ il-PDC Wolrd Championships għat-tieni darba fil-karriera tiegħu meta fl-Alexandra Palace għeleb lil Michael Smith 7-5. Peter ‘Snakebite’ Wright ingħaqad mal-lista esklussiva ta’ players li rebħu dan il-kampjonat għal aktar minn darba, fosthom players bħal Phil Taylor, John Part, Adrian Lewis, Gary Anderson u Michael van Gerwen.
Fil-kummenti tiegħu Wright stqarr li l-fututr tad-Darts jinsab f’idejn il-finalist Michael Smith, fejn qal li Smith se jkun qed jirbaħ unur maġġuri f’dan l-isport f’qasir żmien.