Il-coach ta’ Chelsea Thomas Tuchel qal li l-attakkant Belġjan Romelu Lukaku se jkun qed jirritorna fl-iskwadra għas-semi finali tal-EFL Cup kontra Tottenham. Tuchel ħalla lil Lukaku barra mill-aħħar skwadra ta’ Chelsea fid-draw ta’ 2-2 kontra Liverpool, wara li l-Belġjan, f’ intervista ma’ Sky Italia stqarr li m’huwiex kuntent ma’ Chelsea u jixtieq jirritorna ma’ Inter.
Madanakollu kienu bosta dawk li kritikaw lil Lukaku għal mod kif esprima ruħu u għad-diżrispett li wera lejn il-club. Intant, Tuchel stqarr li t-taħdiet ma’ Lukaku kienu ta’ suċċess u appella lil-partiti sabiex jinsew dak li ġara u jimxu ‘l quddiem.
//= $special ?>