Diversi sorsi kemm internazzjonali u lokali jinsabu ferm mħassba hekk kif aktar kmieni llum Franza rrapurtat li nstab varjant ieħor. Madankollu, din id-darba l-varjant il-ġdid bl-isem ‘IHU’ ma nstabx fiċ-Ċina, l-Indja jew l-Afrika, imma nstab fl-Unjoni Ewropeja, speċifikament f’Marseille fi Franza.
Il-Gvern Franċiż iddikjara li l-varjant ‘IHU’ nstab waqt tests li bdew jsiru tal-Covid li issa saru rutina fi ħdan il-pajjiż, madankollu, waqt dawn it-tests instab li 12-il persuna jinsabu infettati b’dan il-varjant ġdid. Il-Gvern Franċiż kompla biex jgħid li dan il-varjant mhuwiex ġej minn Franza, hekk kif l-Awtoritajiet tas-Saħħa Franċiżi qiegħdi jkomplu jisħqu li dan il-varjant orriġina mill-Kamerun fiċ-ċentru tal-Afrika u mhux min arthom.
L-Awtorita tas-saħħa Franċiża kompliet biex tgħdi li l-varjant ‘IHU’ għandu 46 Mutations u 37 Deletions, li jkompli juri kemm il-Covid qed jinbidel b’modi differenti hekk kif qed jgħaddi ż-żmien.
L-Awtoritajiet tas-saħħa fi Franza stqarru li għadu wisq kmieni biex jkunu jafu jekk it-tilqima għal kontra l-Covid u l-booster humiex effettivi biżżejjed għal kontra dan il-varjant u jekk huwiex ta’ periklu akbar mill-varjant riċenti tal-Omicron.
//= $special ?>