Il-coach ta’ Juventus Massimiliano Allegri qal li Alvaro Morata se jkun qed iqatta’ l-kumplament tal-istaġun ma’ Juventus, minkejjja l-ispekulazzjoni li seta’ jħalli l-club u jingħaqad ma’ Barcelona. Allegri qal li tkellem ma’ Morata u qallu li għandu bżonnu bħala parti integrali mit-tim.
Min-naħa l-oħra Allegri qal li l-midfielder Aaron Ramsey mistenni jħalli l-club matul dan is-suq tat-trasferimenti, b’bosta clubs jidhru interessati fil-midfielder ta’ 31 sena. Ramsey kien involut f’ħames partiti dan l-istaġun, fejn lagħab biss 97 minuta ta’ futbol fis-Serie A. Fost il-clubs interessati f’Ramsey hemm l-eks tim Arsenal, Everton u anke Newcastle, bl-aħħar rapporti jindikaw li ma aċċetax offerta ta’ Burnley.
Ramsey ssieħeb lil Juventus fl-2019 b’kuntratt ta’ 4 snin b’salarju ta £325,000 fil-ġimgħa, wara 11-il sena ma’ Arsenal. Minkejja dan hu sabha diffiċli biex jsib postu mal-ewwel ħdax fl-Italja, fejn lagħab 49 partita ma’ Juventus u skorja ħames gowls.
//= $special ?>