Chelsea se jidħlu għat-tieni leg tas-semi finali b’vantaġġ hekk kif fi Stamford Bridge huma għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 2-0. Chelsea marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta wara nuqqas fid-difiża ta’ Tottenham, Marcos Alonso għadda lejn Kai Havertz li mill-viċin tefa’ fix-xibka għal 1-0. Chelsea rdoppjaw fl-34 minuta meta Japhet Tanganga prova jtajjar il-ballun bir-ras, bil-ballun jaħbat ma’ ras Ben Davies u jispiċċa fix-xibka tiegħu stess għal 2-0. F’din il-partita irritorna Romelu Lukaku wara l-intervista li ta’ lil Sky Italia, fejn wera x-xewqa li jirritorna ma’ Inter. Intant is-semi finali l-oħra bejn Arsenal u Liverpool li kellha tintlagħab għada ġiet posposta minħabba numru ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19 fil-kamp ta’ Liverpool.
//= $special ?>Chelsea jegħlbu lil Tottenham fl-ewwel semi finali tal-EFL Cup
