Internazzjonali

Dimostranti jaħtfu l-kontroll tal-ajruport tal-Kazakhstan

Dikjarat stat ta’ emerġenza

Fl-aħħar sigħat, dimostranti ħatfu l-kontroll tal-ajruport tal-akbar belt fil-Kazakhstan.

Aġenziji tal-aħbarijiet Russi qalu li r-residenza tal-President f’Almaty ingħatat in-nar. Eluf ta’ dimostranti nġabru barra l-binja  li nħakmet minn nirien. Binja li tinkludi l-uffiċju tas-Sindku wkoll spiċċat maħkuma minn fjammi enormi kif spiċċa wkoll l-uffiċju tal-Prosekutur.

Intant titjiriet minn u lejn Almaty tħassru temporanjament minħabba s-sitwazzjoni li żviluppat fl-ajruport.