Lokali

Ħaddiem mill-Imġarr iweġġa’ gravi wara inċident f’barriera

Raġel mill-Imġarr weġġa’ gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-5pm seħħ inċident f’barriera fi Triq Wied Filep, in-Naxxar.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel ta’ 53 sena residenti l-Imġarr kien qed jaħdem biswit makkinarju li ċċaqlaq u waqa` fuq saqajh.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.