Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lil Hermann Schiavone tas-servizz tiegħu

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lil Hermann Schiavone tas-servizz tiegħu bħala deputat Parlamentari u s-servizz tiegħu li ta lill-Partit Nazzjonalista matul is-snin. Dan wara li hu stess ħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Hermann Schiavone dejjem wera altruiżmu u dedikazzjoni lejn il-kostitwenti tiegħu u l-Partit Nazzjonalista. Hermann Schiavone dejjem fehem li l-Politika hija missjoni li permezz tagħha ikun ta’ servizz lin-nazzjon u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Huwa dejjem ħadem għall-ġid u ressaq proposti fis-setturi fdati lilu fost oħrajn fis-settur tal-ospitalitá. Huwa kien ta’ għajnuna għat-tmexxija u kemm-il darba ta’ pariri u analiżi tas-sitwazzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista m’għandux dubju li Hermann Schiavone se jkompli jagħti s-servizz tiegħu lill-partit u aktar importanti lill-pajjiż, kif dejjem għamel.

Il-Partit Nazzjonalista jawguralu għall-futur tiegħu u filwaqt li jirringrazzjah mill-ġdid, iħares ‘il quddiem għal aktar ħidma u kollaborazzjoni.