Il-President Franċiż Emmanuel Macron stqarr illi jrid “jagħmel il-ħajja diffiċli” għal min mhux imlaqqam kontra l-Covid-19. “Irrid nibqa’ indejjaqhom sakemm jitlaqqmu”, stqarr il-President mal-ġurnal Le Parisien.
Emmanuel Macron qal li hu ma jistax jobbliga li persuna tieħu l-vaċċin, iżda lest jillimita għal kollox l-aspetti varji li jolqtu l-ħajja soċjali, għal dawk kollha li qed jagħżlu illi ma jitlaqqmux.
Din id-dikjarazzjoni ġabet magħha reazzjoni qawwija ferm, bil-partiti li jopponu lil Macron jgħid li dan mhuwiex kliem denju ta’ President.
Intant, fi Franza stess, l-awtoritajiet tas-saħħa lokali jinsabu mħassba ferm wara li nstab varjant ieħor tal-Covid. Il-varjant il-ġdid bl-isem ‘IHU’ ma nstabx fiċ-Ċina instab f’Marseille, fejn diġa’ ġew infettati 12-il persuna.
Jidher li dan il-varjant il-ġdid oriġina mill-Kamerun.
//= $special ?>