Internazzjonali Lokali

Il-media Pollakka tallega li l-ġenituri ma kienux jafu bil-qtil ta’ binthom

Il-ġenituri ta’ Paulina Dembska, ta’ 29 sena, jinsabu ferm urtati li saru jaf bil-qtil ta’ binthom permezz tal-media. Dan skont ma ġie rrappurtat fuq il-ġurnal Pollakk Fakt. It-tfajla nqatlet nhar il-Ħadd filgħodu bil-midja lokali mill-ewwel tirraporta l-każ. Dwar id-delitt, wara nofsinhar kienu diġa ħarġu xi dettalji imma l-ġenituri tal-vittma ma kienu jafu b’xejn.

Skont il-ġurnal Pollakk, ħadd mill-pulizija ma ċempel lill-ġenituri tat-tifla. Huma marru jorqdu mingħajr ma kienu jafu li t-tifla iż-żgħira tagħhom ma kinirx baqgħet ħajja mill-orrur li għaddiet minnu. Il-messaġġiera tal-aħbar traġika lill-ġenituri ta’ Dembska rriżulta li kienet binthom il-kbira, li tgħix l-Italja, u li din saret taf permezz tal-media.

Net News kien saqsa lill-Pulizija direttament dwar dan il-punt. U assigurawna li l-ambaxxata fil-Polonja kienet infurmata mal-ewwel, u kellha tkellem lill-familja. Iżda l-media Taljana qed tgħid li dan ma seħħx.

Paulina kellha tirritorna l-Polonja fil-15 ta’ Jannar.

Hija qaltilhom li sabet l-informazzjoni dwar il-mewt ta’ oħtha fuq l-Internet u ċemplithom f’nofs il-lejl. Qalet li ddispjaċiha ħafna. “l-pulizija qabel il-ġurnata tat-Tnejn. Maria Dęmbska, ta’ 61 sena, omm il-vittma qalet ukoll li barra minn hekk, ħadd ma pprovdihom l-għajnuna ta’ psikologu.

Skont il-ġurnal il-Pulizija kellhom biss psikologu wieħed biss għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-qraba imnikktin u ddisprati qalu li kellhom jistaqsu għalih huma stess. Kulma ħadu mingħand l-uffiċjali kienu… struzzjonijiet biex il-katavru jittieħed lura l-Polonja.

Paulina Dembska nqatlet fi ġnien Indipendenza tas-Sliema, fejn bħas-soltu kienet titma’ l-qtates. Hija nqatlet wara li ġiet ukoll stuprata, bl-allegat qattiel ġera lejn knisja fil-qrib fejn skont il-ġurnal Fakt ried jattakka mara oħra, bl-istess ġurnal jgħid li huwa kien qed iġorr xi oġġetti relatati tal-mara Pollakka mejta.

Il-mewt traġika ta’ Paulina ħasdet mhux biss lill-qraba tagħha iżda wkoll lill-ħbieb f’Malta. Ħadd ma jista’ jgħid kelma ħażina dwar il-Polakka, rrapporta l-ġurnal, li tenna wkoll li ħadd ma jista’ jemmen li kienet din it-tfajla b’qalb tajba li esperjenzat ħmar il-lejl bħal dan.

Minn informazzjoni li għandu Net News f’każijiet bħal dawn tidħol l-ambaxxata Maltija, f’dan il-każ tal-Polonija biex tinforma lil dawk qrib tagħha. Paulina Dembska kienet studenta tal-Ingliż u kienet tħobb ħafna lil Malta kif ukoll kienet tħobb ħafna, l-annimali, speċjalment il-qtates.