L-imxija tal-Covid-19 ħalliet żewġ vittmi oħra hekk kif fl-aħħar 24 siegħa, raġel ta’ 65 sena u mara ta’ 69 sena mietu kaġun tal-pandemija. Biex b’hekk l-ammont ta’ mwiet kaġun tal-virus issa huwa dak ta’ 482, b’ ħamest imwiet mill-bidu tas-sena l-ġdida.
Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kellna 922 każ ġdid, bl-ammont ta’ każijiet attivi issa tela’ għal dak ta’ 14,632.
Min-naħa l-oħra, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar fuq Facebook li fiequ 409 persuna oħra.
Kawża tal-pandemija, bħalissa hemm 121 pażjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei, fosthom ħamsa li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>