Futbol Sport

“Irrid nilgħab fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar” – Christian Eriksen

“Irrid nilgħab fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar”. Hekk stqarr Christian Eriksen li f’Ġunju sofra attakk tal-qalb waqt il-partita tad-Danimarka kontra l-Finlandja fil-Euro 2020. Eriksen kellu jitwaħħalu defibrillator sabiex jikkontrolla r-ritmu li bih tħabbat qalbu. Madanakollu, hu kellu jittermina il-kuntratt tiegħu ma’ Inter hekk kif huwa projbit li plejer jilgħab fis-Serie A b’defibrillator.

Intant, fl-aħħar jiem Eriksen kien qed jittrenja mal-club ta’ Chiasso fl-Iżvizzera, bil-midfielder ta’ 29 sena jisħaq li jinsab fl-aqwa kundizzjoni fiżika possibli. Waqt intervista mal-istazzjon Daniż DR, Eriksen stqarr li l-ħolma tiegħu hi li jirritorna f’Parken Stadium fid-Danimarka, il-post fejn seħħ l-inċident f’Ġunju li għadda. L-eks plejer ta’ Tottenham qal ukoll li jixtieq li jirritorna fl-Ingilterra fejn hemmhekk qatta’ 7 snin bħala player ta’ Tottenham.