L-Air Malta mhux tikkanċella rotot iżda tnaqqas il-frekwenzi lejn is-16-il destinazzjoni mill-iskeda tax-xitwa.
Fi stqarrija l-linja tal-ajru nazzjonali saħqet li dan seħħ minħabba t-tnaqqis drammatiku fid-domanda fl-aħħar ġimgħat, li ġie deskritt bħala wieħed komunia ħafna preżentament fl-industrija kawża tal-pandemija. Dan minħabba l-fatt li l-linji tal-ajru qed iħabbtu wiċhom ma’ diversi interruzzjonijiet bla preċedent fl-ivvjaġġar.
Air Malta spjegat li s’issa mhux qed jiġi ppjanat li jkun hemm xi rotot kanċellati għal din is-sena.
Fil-kummenti tiegħu dwar dan il-pjan, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta David G Curmi qal, “Qed nieħdu deċiżjonijiet bħal dawn biex inlaħħqu mad-domanda tal-klijenti u nevitaw titjiriet b’ajruplani vojta.
Valutazzjonijiet bħal dawn għadhom għaddejjin u se jkomplu sakemm id-domanda terġa’ lura għal livelli b’saħħithom. F’dawn is-sitwazzjonijiet, għandna bżonn inkunu aġli ħafna u ddixxiplinati finanzjarjament biex inkunu nistgħu naġġustaw il-kapaċità tas-sit u niffukaw fuq l-effiċjenza biex nipproteġu l-likwidità u l-prestazzjoni finanzjarja tagħna.
Minħabba ż-żminijiet bla precedent li qed ngħixu, u l-isfidi li qed tiffaċċja l-Air Malta, qegħdin kontinwament intejbu n-network tagħna għall-profittabbiltà u llikwidità, u qed nippjanaw li nkomplu nagħmlu dan mingħajr kompromessi.”
Iċ-Chairman kompla jgħid li, “F’dan ix-xenarju li dejjem qed jinbidel, huwa diffiċli ħafna li wieħed ibassar x’se jiġri, madankollu l-Air Malta hija impenjata li tibqa’ konnessjoni essenzjali matul is-sena kollha malEwropa kontinentali mhux biss għall-ivvjaġġar u t-turiżmu iżda wkoll għat-trasferiment ta’ merkanzija medika urġenti, posta u merkanzija oħra
ta’ importazzjoni u esportazzjoni meħtieġa għad-diversi industriji tagħna.”
Intant ġie spjegat li l-Air Malta rat tnaqqis fil-bookings ġodda kif ukoll irċeviet numru ta’ kanċellazzjonijiet għall-ivvjaġġar matul il-perjodu tal-vaganzi u tul ix-xahar ta’ Jannar.
//= $special ?>