Fi stqarrija li ħarġet illum, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-darts ħabbret li se tkun qed tipposponi il-logħbiet tal-kampjonat nazzjonali b’mod indefinit. Wara diskussjonijiet mat-timijiet involuti, il-logħob li jinvolvi l-5-a-side u l-8-a-side se jiġi pospost.
Dan qed isir wara li l-assoċjazzjoni evalwat ukoll is-sitwazzjoni preżenti fejn għandu x’jaqsam il-Covid-19 u b’mod responsabbli ħadet azzjoni mal-ewwel sabiex tħares is-saħħa u s-sigurta’ tal-plejers involuti. L-istqarrija tkompli tgħid li l-kompetizzjonijiet li torganizza din l-assoċjazzjoni mistennija jkomplu fil-21 ta’ Jannar li ġej.
//= $special ?>