L-ewwel leg tas-semi finali tal-EFL Cup bejn Arsenal u Liverpool ġie pospost wara numru ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19 fil-kamp ta’ Liverpool. Dan wara li Liverpool ressqu talba formali quddiem l-EFL sabiex tkun posposta din il-partita.
B’hekk l-ewwel leg ta’ din is-semi finali se jkun qed jintlagħab f’Anfield fit-13 ta’ Jannar filwaqt li l-leg ta’ ritorn se jintlagħab fl-Emirates Stadium fl-20 ta’ Jannar.
Aktar kmieni Liverpool ikkonfermaw li l-assistent coach Pep Lijnders huwa pożittiv ukoll, bil-coach Jurgen Klopp għadu fi kwarantina. Liverpool lagħbu l-partita mill-Premier League kontra Chelsea mingħajr Alisson, Joel Matip u Roberto Firmino li kollha jinsabu pożittivi.
Għal din il-partita Liverpool se jkunu wkoll mingħajr it-trio ta’ Mohammed Salah, Sadio Mane u Naby Keita li kollha huma nvoluti mat-timijiet nazzjonali rispettivi fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Apparti dawn il-plejers, Thiago Alcantara, Harvey Elliot, Nat Phillips u Andrew Robertson ukoll mistennija jitilfu l-konfront kontra Arsenal minħabba injuries u sospensjonijiet.
//= $special ?>