Coronavirus Sport Sport Ieħor

KONTROVERSJA DWAR IL-VAĊĊIN: Novak Djokovic ma jitħallix jidħol l-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic ma tħallix jidħol l-Awstralja wara li d-dokumenti tal-visa tiegħu ma kienux validi.

Mal-wasla tiegħu f’Melbourne, Djokovic kien interrogat mill-awtoritajiet hekk kif innutaw żball fl-applikazzjoni tal-visa tiegħu.

Jidher li t-tim tiegħu ma applikax għal visa li tippermetti eżenzjoni medika, b’konsegwenza li l-visa ġiet ikkanċellata. Il-wasla ta’ Djokovic fl-Awstralja kienet mtappna bil-kontroversja, hekk kif ingħata eżenzjoni biex jipparteċipa fl-Open tal-Awstralja minkejja li m’huwiex vaċċinat.

Minkejja dan l-avukati ta’ Djokovic mistennija jappellaw minn din id-deċiżjoni fil-qorti iżda għadu mhux ċar jekk hux se jkun qed jibqa’ fl-Awstralja sakemm jinstema’ l-każ. Intant il-President tas-Serbja, Aleksander Vucic qal li Djokovic huwa vittma ta’ abbuż ta’ poter mill-awtoritajiet Awstraljani, filwaqt li aċċċerta lis-seed numru wieħed li s-Serbja se tkun qed tappoġjah f’dak kollu li għandu bżonn.