Sport Sport Ieħor

Tkompli s-saga ta’ Novak Djokovic u l-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Rabja fost il-poplu Awstraljan għal fatt li Novak Djokovic ingħata eżenzjoni biex ma’ jieħux il-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan wara li f’Diċembru l-organizzaturi saħqu li t-tennisti u l-istaff kollu involut fl-Open tal-Awstralja irid ikun vaċċinat. Madanakollu, fl-aħħar jiem Djokovic qal li ngħata eżenzjoni minn bord ta’ esperti indipendenti biex b’hekk se jkun jista’ jiddefendi t-titlu li rebaħ għall-aħħar tliet edizzjonijiet.

Intant bosta kienu dawk li irreaġixxew għal din l-aħbar, b’ħafna jaraw dan bħala trattament speċjali lejn is-seed numru wieħed. Minkejja dan, il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison saħaq li jekk l-evidenza li jipprovdi Djokovic ma tkunx waħda kredibbli, allura dan ma jitħallix jidħol fil-pajjiż u jintbagħat lura.

L-Open tal-Awstralja mistenni jibda fis-17 ta’ Jannar. Din id-deċiżjoni qajjmet tħassib ukoll fost tennisti oħra, b’Jamie Murray jgħid li ma jaħsibx li kien jingħata eżenzjoni li kieku hu ma kienx vaċċinat.