Kultura Lokali

AĠĠORNATA: Konferma li l-Karnival Malti ta’ din is-sena mhux se jsir kif konna nafuh qabel

Ħarġet konferma li l-Karnival f’pajjiżna mhux se jkun qed isir bħalma konna nafuh fis-snin ta’ qabel il-pandemija.

Il-programm se jkun qed iħares il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika filwaqt li titkompla tiġi ċċelebrata l-espressjoni artistika u t-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna. Il-programm jinkludi esebizzjoni tal-kostumi u fotografija marbuta mal-Karnival, interpretazzjoni tal-Qarċilla ġewwa Spazju Kreattiv, kif ukoll fit-toroq tal-Belt Valletta ser jiġu esebiti installazzjonijiet b’materjal tradizzjonali karnivalesk.

Il-Karnival tas-sena l-oħra kien qed iġib miegħu tama li din is-sena jittella’ wieħed mill-ikbar spettakli ta’ Karnival li pajjiżna qatt ra… tant li r-Re tal-Karnival kien tpoġġa rasu ‘l isfel bħala simbolu li l-agħar tal-pandemija daqt jgħaddi u nistgħu nerġgħu mmorru lura għan-normalità.