Raġel ta’ 37 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9pm seħħet ħabta bejn rota, misjuqa mill-vittma u vettura, misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħad-Dingli.
L-inċident tat-traffiku seħħ fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar.
Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn hemmhekk kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>