Għat-tieni jum konsekuttiv il-pandemija ħalliet żewġ vittmi oħra hekk kif fl-aħħar sigħat, mara ta 56 sena u oħra ta’ 67 sena tilfu ħajjithom kaġun tal-Covid-19. B’hekk l-ammont ta’ vittmi mill-bidu tal-imxija sal-lum tela’ għal 484. U fl-ahhar sitt ijiem biss… tilfu ħajjithom 7 persuni li kienu infettati bil-virus.
Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ġew irreġistrati 1,144 każ ġdid ta’ Covid-19. B’hekk, il-każi attivi issa qabżu l-15,000 …b’eluf għadhom taħt kwarantina mandatorja.
Fl-aħħar 24 siegħa l-pażjenti fl-Isptar Mater Dei naqsu biex b’hekk it-total ta’ pazjenti issa huma 114, b’ħamsa minnhom jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant … diversi ħaddiema li jaħdmu mal-Awtorita tat-Turizmu esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li għalkemm jidher li numru ta’ persuni li jaħdmu fl-MTA ġew infettati bil-Coronavirus … il-ħaddiema li fadal .. li sa issa m’humiex infetatti bil-virus ma qalulhom xejn dwar dan. Anżi …skont is-sorsi taghna… ġegħeluhom jibqgħqu jaħdmu mill-uffiċċji tal-Ministeru minflok ma jirikorru għar-remote working.
Il-ħaddiema tal-Ministeru tat-Turiżmu qed iħosshom urtati minħabba li min imexxi prova jitfa’ din l-problema taħt it-tapit ..u apparti dan, jinsabu nkwetati ferm minħabba wliedhom u l-qraba anżjani tagħhom li huma meqjusa l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta’.
Intant, l-ilmenti min-nies ma naqsux rigward id-dewmien sabiex jirċievu appuntament għall-iswab test, kif ukoll dewmien biex it-telefonati tagħhom lil-linji 111 u 145 ikunu mwieġba.
//= $special ?>