Coronavirus Lokali

Cruiseliner b’150 każ ta’ Covid ma jidħolx Malta; għadd ta’ Maltin maqbuda fuqu

Mijiet ta’ passiġġieri li jinsabu abbord il-cruise liner l-MSC Grandiosa spiċċaw bilfors iridu jibqgħu fuq dan il-bastiment minħabba li hemm mal-150 persuna pożittiva għall-Covid. Fost dawn il-passiġġieri hemm numru ta’ Maltin.

Fi stqarrija l-MSC Cruises qalu li minħabba l-każijiet tal-Covid, il-vapur mhux se jkun jista’ jidħol fil-Port il-Kbir, bil-bastiment se jkun qed ikompli l-miġja tiegħu fil-punent tal-Mediterran.

Il-Maltin li jinsabu fuq il-vapur issa se jintbagħtu lejn Malta permezz ta’ vjaġġ bl-ajru meta jitħallew jidħlu f’port.

Sa issa l-ebda mill-Maltin ma huma pożittivi għall-Covid.

Fuq il-vapur bħalissa hemm 4,078 persuna, 2,678 passiġġieri u 1,400 ħaddiem.