Lokali Turiżmu

“Hemm bżonn għajnuna għas-settur turistiku”

“Hemm bżonn tingħata għajnuna sabiex is-settur tal-ospitalita’ ma jkomplix jidgħajjef”.

Hekk qal il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u kelliem għat-turiżmu Robert Arrigo  f’konferenza tal-aħbarijiet li trattat is-settur tat-turiżmu u l-kriżi li għaddej minnha minħabba l-pandemija tal-COVID-19

Huwa saħaq li ż-żieda ta’ każi ta’ COVID-19 kellha impatt kbir fuq is-settur tal-ospitalita’. U huwa għalhekk li l-PN ilu jisħaq li hemm bżonn li jiġu implimentati diversi proposti … sabiex dan is-settur ma jitkomplix jiddgħajjef.

Robert Arrigo stqarr li il-PN jixtieq li l-MTA tonfoq il-flus fuq upgrading ta’ postijiet u lokalitajiet li kienu minsija tul dawn l-aħħar tmien snin kif ukoll ikun hemm pjan ta’ marketing.. minflok ma jsir tberbiq ta’ flus minn membri Parlamentari fuq id-distretti rispettivi tagħhom

Minn naħa tiegħu, il-Kandidat tal-PN għall-elezzjoni ġenerali Graham Bencini tkellem dwar l-importanza ta’ dan is-settur u saħaq li dan il-qasam qed jaffaċċja diversi sfidi

Huwa stqarr li l-Gvern… fejn jidħol dan is-settur… għandu jiffoka fuq żewġ elementi…

Waqt din il-konferenza ġiet elenkata wkoll l-importanza li l-fondi pubbliċi jintużaw b’mod risponsabbli u għal dak li verament hemm bżonn.