Lokali

“Hi tal-mistħija li qassis jikkummenta b’dak il-mod fuq persuni LGBTIQ” – Drachma

Il-grupp Drachma, fi stqarrija, esprimiet li l-kliem li qal il-qassis David Muscat dwar persuni LGBTIQ qatt m’għandu jkun aċċettat għaliex fl-aħħar mill-aħħar, il-qassisin għandhom ikunu ta’ eżempju t’imħabba għal kulħadd.

Huma qalu li kummenti bħal dawn huma moralment ħżiena u mhux aċċettabli li jsiru.

Il-grupp apprezza l-appoloġija li saret mill-Arċisqof, Charles J. Scicluna f’isem il-qassis fejn ammetta li l-kliem li ntqal ma jwassalx għall-imħabba, anzi jweġġa’ lil min ikun.

Huma fakkru li kull individwu hu bħal ħaddieħor, irrispettivament mis-sess, l-orjentazzjoni sesswali, u reliġjon, fost oħrajn.