Lokali

L-Arċisqof bi twissija għal Dun David Muscat

L-Arċisqof Charles Scicluna ħareġ twissija formali lil Dun David Muscat, li fil-Liġi Kanonika hi msejħa preċett penali, u tah struzzjonijiet biex fil-fora pubbliċi ma jibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw u jweġġgħu, inkella jitwaqqaf milli jeżerċita l-ministeru
saċerdotali fil-pubbliku.

L-Arċisqof qal lil Dun David Muscat biex ineħħi il-post fuq Facebook, fejn is-saċerdot sostna li “tkun gay huwa agħar milli tkun ippossedut”, u biex ma jużax lingwaġġ insulenti jew li jweġġa’ kontra kwalunkwe grupp jew individwu.

L-Arċisqof fakkar ukoll lil Dun David Muscat li skont it-tagħlim Kattoliku membri tal-kleru huma mitluba juru rispett, kompassjoni u sensittività lejn kull persuna f’kull qasam tal-ħajja.