Knisja Lokali

L-Arċisqof jagħmel apoloġija wara kummenti omofobiċi minn saċerdot

L-Arċisqof Charles J. Scicluna tul il-quddies tat-Tre Re talab apoliġija fil-konfront ta’ stqarrija b’kummenti t’omofobija li saru minn saċerdot.

Għalkemm fl-apoloġija tiegħu ma semma’ l-ebda isem, il-Mons. Arċisqof kien qiegħed jirreferi għall-kummenti li għadda Dun David Muscat.

Tul l-istess ċelebrazzjoni tal-quddiesa huwa qal li nħasad meta ra kummenti bħal dawn u talab skuża għal dawk kollha li weġġgħu b’dawn ir-rimarki.

Huwa qal li se jkun qed jieħu azzjoni biex din l-istorja ma terġax tirrepeti ruħha.