Fi Stadio Guiseppe Meazza Milan kisbu rebħa mportanti ta’ 3-1 fuq Roma. B’din r-rebħa Milan żammew posthom fit-tieni post, punt anqas minn Inter, bit-tim immexxi minn Jose Mourinho jinżel fis-seba’ post. Milan fetħu l-iskor fit-8 minuta meta wara li Tammy Abraham deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, kien Olivier Giroud li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 1-0. Huma rdoppjaw għaxar minuti wara, hekk kif minn ħball ta’ Roger Ibanez kien Junior Messias li xeħet fix-xibka.
Lejn tmiem l-ewwel taqsima Roma naqqsu d-distakk, meta Lorenzo Pellegrini għadda lejn Tammy Abraham li kkonkluda fix-xibka. Milan għalqu l-partita fit-82 minuta meta minn pass ta’ Zlatan Ibrahimovic kien Rafael Leao li xeħet fix-xibka għal 3-1. Roma temmew il-partita b’9 plejers meta l-ewwel tkeċċa Rick Karsdorp fl-74 minuta, imbagħad fit-93 minuta tkeċċa Gianluca Mancini li waqqa’ lil Rafael Leao fil-kaxxa, bi Zaltan Ibrahimovic jara l-penalty tiegħu salvat minn Rui Patricio.
Intant f’partita oħra, fl-Allianz Stadium Juventus u Napoli temmew fi draw ta’ 1-1. Napoli fetħu l-iskor fit-23 minuta meta minn pass ta’ Matteo Politano kien Drie Merten li għeleb lil Wojciech Szczesny għal 1-0. Madanakollu Juventus kisbu l-gowl tad-draw fil-54 minuta meta minn cross ta’ Weston McKennie, id-difiża ta’ Napoli naqset milli tbiegħed il-periklu, b’Federico Chiesa japprofitta u jixħet fix-xibka għal 1-1.
SERIE A
Illum: Bologna v Inter posp., Sampdoria v Cagliari 1-2, Lazio v Empoli 3-3, Spezia v Verona 1-2, Atalanta v Torino posp., Sassuolo v Genoa 1-1, Milan v Roma 3-1, Salernitana v Venezia posp., Fiorentina v Udinese posp., Juventus v Napoli 1-1
//= $special ?>