Il-Gvern għandu jressaq fil-Parlament dawk l-emendi meħtieġa biex persuni li jkunu jinsabu fi kwarantina jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom li jivvotaw.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li ilu xhur jiddiskuti għal azzjoni mill-Kummissjoni Elettorali f’dan ir-rigward. Ir-realtà hi li n-numru dejjem jikber ta’ persuni li jinstabu pożittivi għall-Covid-19 u dawk li jkunu ordnati joqogħdu fi kwarantina qed jiżdied. Hu fatt ukoll li fi ftit ġimgħat oħra l-poplu Malti se jkun imsejjaħ sabiex jivvota f’elezzjoni ġenerali, l-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-Gvern sabiex mill-aktar fis ma jkomplix ikaxkar saqajh u jsib soluzzjoni.
Hu għalhekk importanti li l-Gvern filwaqt li jissalvagwardja t-trasparenza fil-proċess elettorali u jkun evitat il-possibilità ta’ abbuż, jagħmilha faċli biex kulħadd ikun jista’ jaqdi dmiru u jivvota.
//= $special ?>