Lokali

Peppi Azzopardi jgħid għaliex ser jivvota lill-Partit Nazzjonalista

Laburisti stess m’għadhomx iħossuhom komdi jivvutaw lill-Partit Laburista… tant li l-idea li l-Labour jibqa’ fil-Gvern m’għadix iddoqqilhom.

“Jien dejjem għidt li għandi twemmin Laburista, xellugi. U allura ma nistax li llum nivvota lill-Partit Laburista għax hu kollox barra Laburista.”

Dan intqal mill-opinjonista Peppi Azzopardi waqt intervista li saret minn Fabian Demicoli ghall-MaltaDaily meta Azzopardi ġie mistoqsi lil min jivvota fl-elezzjoni li jmiss.

“Ħassewhom li jistgħu jagħmlu li jridu. Meta tara storja wara l-oħra, riżenja wara l-oħra. Inkredibbli!”

Stejjer li qed iħallu ħsara kbira f’Malta, iżda anke fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna.

“Il-korruzzjoni u l-ħsara enormi li għamlet klikka ta’ nies fil-Labour Party madwar id-dinja, in-nies mhux jirrealizzawha din. Ħsara enormi, enormi.”

F’din l-intervista, Peppi Azzopardi qal li l-Partit Nazzjonalista kapaċi jagħti nifs ġdid lil pajjiżna ‘l bogħod mill-korruzzjoni li ma waqafnix naraw taħt il-Gvern preżenti. Bil-PN mhu jieqaf jipprezenta proposti ghall-ġid tal-poplu kollu.

“Għandu [il-Partit Nazzjonalista] proposti interessanti ħafna fuq diversi affarijiet.”