Lokali

AĠĠORNATA: Ħaddiem iweġġa’ f’xaft wara li waqa’ fuqu xi injam

Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili issejħu f’Ħaż-Żabbar wara li raġel weġġa’’ f’xaft f’residenza fi Triq John Delia.

Il-każ seħħ ftit wara l-12:15pm.

Fil-post wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Kelliem għall-Korp spjega ma’ Net News li l-ħaddiem weġġa’ wara li waqgħet injama fuqu.

Jidher iżda li hu, fortunatament, ma ġarrabx feriti serji.

Inċidentalment, f’April tas-sena li għaddiet, f’din l-istess triq kienet seħħet traġedja wara li miet raġel illi kien waqa’ għoli ta’ ħames sulari. Il-vittma ta’ 59 sena kien qed jagħmel xi xogħol fuq il-bejt.