Coronavirus Lokali

786 każ ġdid u vittma oħra tal-Covid-19

Mara ta’ 86 hija l-aħħar vittma tal-pandemija f’Malta. Din l-aħħar fatalità itella’ għal 485 in-numru ta’ vittmi tal-virus.

Fl-aħħar 24 siegħa, 786 persuna oħra rriżultaw pożittiva għall-Covid-19, filwaqt li 888 ġew iddikkjarati mfejqa, biex issa huma 14,962 il-każijiet attivi fil-gżejjer Maltin.

Fl-aħħar sigħat, il-persuni rikoverati l-isptar bil-virus telgħu għal 123 żieda ta’ 9 persuni fuq ilbieraħ, u fit-Taqsima tal-Kura Intensiva issa huma 7 il-persuni li jinsabu taħt attenzjoni speċjali.

Fl-aħħar sebat ijiem biss, il-każijiet ġodda kienu 6,588.

Tags