Futbol Sport

Arsenal b’inizjattiva biex titnaqqas il-vjolenza f’Londra

Fil-partita mill-FA Cup kontra Nottingham Forest, il-players ta’ Arsenal se jkunu qed jilagħbu bi flokk abjad kollu bħala parti mill-inizjattiva li ħa l-club kontra l-kriminalità u l-vjolenza f’Londra. Arsenal ħadu din l-inizjattiva hekk kif fl-2021, 30 adoloxxent inqatlu b’daqqiet ta’ sikkina f’Londra, li hija l-ogħla rata ta’ delitti b’dan il-mod sa mill-2008.

Il-kampanja ‘No More Red’ se tagħti aktar spazji miftuħa u siguri għaż-żgħażagħ f’Londra bil-għan li titnaqqas drastikament il-vjolenza f’Londra. Din il-kampanja ta’ Arsenal flimkien ma’ Adidas, l-isponsor uffiċjali tal-club, għandha l-appoġġ tal-eks player ta’ Arsenal Ian Wright kif ukoll l-attur Idris Elba.

Din l-edizzjoni limitata ta’ flokkijiet mhux se tkun disponibbli biex tinxtara mis-supporters, iżda minflokk dawn il-flokkijiet se jingħataw lill-organizzazzjonijiet li jadħmu fi ħdan il-komunita’ f’Londra.