Fr David Muscat, is-saċerdot kontroversjali li fl-aħħar jiem għadda kummenti disreġjattivi dwar persuni omosesswali, mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard dan ix-xahar b’akkużi ta’ ‘hate speech’.
Muscat mhux l-ewwel darba li sab ruħu fl-aħbarijiet, u xi żmien ilu kien ukoll attenda għal ċelebrazzjoni ta’ għeluq snin Norman Lowell, magħruf għall-ideoloġija lemin estremi tiegħu.
Muscat ftit tal-jiem ilu fuq Facebook kiteb post fejn qal li li persuna jkun omosesswali hija agħar milli wieħed ikun ippossedut mix-xitan.
L-Arċisqof Charles J Scicluna lbieraħ ħareġ twissija formali lis-saċerdot, li fil-Liġi Kanonika hi msejħa preċett penali, u tah struzzjonijiet biex fil-fora pubbliċi ma jibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw u jweġġgħu, inkella jitwaqqaf milli jeżerċita l-ministeru saċerdotali fil-pubbliku.
//= $special ?>