Futbol Sport

Haley Bugeja tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Diċembru

Il-player tal-futbol Haley Bugeja irebħet l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Diċembru. Ma’ US Sassuolo Calcio Femminile Bugeja skorjat l-ewwel gowl tagħha dan l-istaġun fil-partita kontra Napoli biex skorjat it-13-il gowl tagħha mal-club sa minn meta ssieħbet magħhom l-istaġun li għadda.

Matul ix-xahar ta’ Diċembru, iż-żagħżugħa ta’ 17-il sena intgħażlet bħala waħda mill-aqwa ħdax-il tfajla ta’ taħt l-20 sena magħżula mill-International Federation of Football History & Statistics. F’Diċembru Bugeja kienet magħżula wkoll bħala l-aqwa player tas-Serie A għall-istaġun 2020/21 mill-magazine li jispeċjalizza fuq il-futbol tan-nisa, L Football.

Il-preżentazzjoni ta’ dan l-unur se sssir fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif minħabba l-impenji li għandha ma’ Sassuolo Haley Bugeja setgħetx tirritorna Malta.