Il-Kumitat Olimpiku Malti iffirma Memorandum ta’ Ftehim (MOU) mas-Centre for Sport Excellence (CSE) bil-għan li joffri l-appoġġ lil federazzjoni affiljati miegħu. Is-CSE huwa proġett ta’ Edu Alliance li jipprovdi s-servizzi u t-taħriġ biex lil diversi entitatijiet biex jidentifikaw finanzjarjament mill-Unjoni Ewropea.
Il-ftehim ġie iffirmat mill-president tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello u s-CEO ta’ Edu Alliance Martin Borg. “Il-Kumitat Olimpiku Malti jilqa’ din il-kollaborazzjoni u nistennew bil-ħerqa li dan l-iffirmar jiġi tradott f’riżultati tanġibbli kemm għall-KOM kif ukoll għall-federazzjonijiet membri affiljati tiegħu.” irrimarka Julian Pace Bonello.
Intant, Martin Borg stqarr li jinsabu sodisfatti li ġew magħżula għal dan il-proġett biex iwasslu b’mod professjonali is-servizzi tagħhom għal benefiċċju tal-federazzjonijiet li jkunu eleġibbli għal fondi mill-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>