L-aħħar tislima lit-Tabib Victor Calvagna se tkun qed tingħatalu nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Jannar, fil-Bażilika tal-Mosta fit-3:30 ta’ waranofsinhar.
Dan ġie mħabbar mill-Fondazzjoni Puttinu Cares, li tagħha Calvagna kien fundatur kif ukoll president, fejn ġie spjegat li kawża taċ-ċirkustanzi li pajjiżna jinsab għaddej minnhom, bil-każi għoljin, l-organizzaturi se jkunu qed jassiguraw li l-funeral ikun qed jitmexxa skont ir-regoalmenti maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Iċ-ċelebrazzjoni se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu.
Huma saħqu li minkejja li jifmhu li bosta jixtiequ jattendu għal funeral tal-maħbub Victor Calvagna ġew mitluba sabiex jikkoperaw.
It-Tabib Victor Calvagna miet nhar it-Tlieta 4 ta’ Jannar fl-età ta’ 63 sena, ġimgħa wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
//= $special ?>