Futbol Sport

Il-Kampjonat BOV Premier jirritorna fis-17 ta’ Jannar

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Il-Kampjonat BOV Premier mistenni jirritorna nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar bil-partita bejn Mosta u Ħamrun wara li kien pospost b’ġimgħatejn minħabba ż-żieda tal-każijiet ta’ Covid-19 f’pajjiżna. L-14-il ġurnata mill-Kampjonat se tintlagħab fuq tliet t’ijiem bejn is-17 u 19 ta’ Jannar.

Intant, il-partita l-aktar li tispikka f’din il-ġurnata hija l-partita bejn Valletta u Floriana, bi Floriana jinsabu fit-tieni post tal-klassifika bi 23 punt filwaqt li Valletta jinsabu fil-ħames post b’20 punt. Floriana se jkunu qed iħarsu li jnaqqsu d-distakk minn ma’ Hibernians li jinsabu 8 punti vantaġġ fl-ewwel post.

Min-naħa tagħhom Hibernians jaffrontaw lil Sirens, fejn se jkunu qed iħarsu li jżommu l-andament pożittiv li kellhom fl-ewwel parti tal-istaġun, fejn għadhom mingħajr telfa.

It-Tnejn 17 ta’ Jannar : Tony Bezzina Stadium: Ħamrun v Mosta 7.00pm, Stadium Nazzjonali: Valletta v Floriana 7.00pm, It-Tlieta 18 ta’ Jannar: Centenary Stadium: Sliema v Gżira 5.00pm, Tony Bezzina Stadium: Hibernians v Sirens 7.00pm, L-Erbgħa 19 ta’ Jannar: Centenary Stadium: Santa Lucia v Gudja 5.00pm, Birkirkara v Balzan 9.00pm