Iż-żjara tant mistennija ta’ Papa Franġisku f’pajjiżna hija fost diversi vjaġġi li l-mexxej tal-Knisja Nisranija fid-dinja jixtieq jagħmel fix-xhur li ġejjin.
Malta tinsab fl-aġenda tal-Papa flimkien mal-Ungerija, l-Kazhakhstan, il-Libanu, Papa New Guinea, l-Indoneżja, t-Timor tal-Lvant u s-Serbja.
Filwaqt li uħud minn dawn il-vjaġġi huma ġa skedati għal żmien preċiż, dak lejn Malta għadu mhux ċert meta se jsir. Madankollu aġenzija tal-aħbarijiet Taljana, ACI Stampa, fl-aħħar jiem indikat li dan jista’ jiġri wara l-festi tal-Għid, għalkemm jidher li sa issa għad mhemm xejn ikkonfermat.
//= $special ?>