Coronavirus Internazzjonali

It-tobba tal-armata Ingliża jidħlu jgħinu fl-isptarijiet

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ordna lill-armata Ingliża biex tappoġja lill-NHS f’dan iż-żmien diffiċli, meta ħafna sptarijiet qed jesperjenzaw nuqqas ta’ staff minħabba l-Covid-19.

Madwar 200 membru tal-armata daħlu fl-isptarijiet ta’ Londra u qed jgħinu direttament lit-tobba u lill-infermiera.

Apparti suldati li huma tobba, qed jissejħu wkoll suldati oħrajn biex jassistu f’dak kollu li hemm bżonn.

Din il-miżura kienet meħtieġa minħabba li l-istaff mediku qed jispiċċa maqbuda fi kwarantina għal raġunijiet varji, filwaqt li qed jinħass ukoll il-piż enormi taż-żieda fil-pazjenti rikoverati – bl-isptarijiet mhumiex ilaħħqu mad-domanda.