Uffiċjali tal-Pulizija fl-aħħar ħin ġew imsejħa fi Triq Manwel Dimech f’Tas-Sliema wara li għal xi raġuni s’issa mhux magħrufa inqalbet vettura.
S’issa mhux magħruf x’wassal għal dan jew jekk kienx hemm xi persuni involuti li kellhom bżonn l-għajnuna medika immedjata.

Inevitabbilment fl-inħawi inġemgħa traffiku qawwi, bil-Pulizija jmexxu t-traffiku kif jistgħu.
Għaldaqstant is-sewwieqa huma mħeġġa sabiex jevitaw iż-żona.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>