Id-Deputat Nazzjonalista David Thake fetaħ kawża ta’ libell kontra One TV fuq artiklu li kien jgħid li huwa daħal fi ftehim ta’ taxxa mal-awtoritajiet wara li skont l-istazzjon Laburista, ‘nqabad b’€270,000 f’VAT mhux imħallasż. Il-kawża ta’ libell fil-Qorti tal-Maġistrati kontra l-editur Edward Montebello, u l-ġurnalist Samuel Lucas fuq rapport intitolat ‘Thake iħallas biss wara li nkixef li ma ħallasx il-VAT’.
Thake mill-ewwel kien qal li se jirregolariżża ruħu u li kien laħaq ftehim mad-dipartiment tal-VAT għal programm ta’ ħlas lura fuq il-l-VAT, li kellha titħallas mill-kumpanija tiegħu Vanilla Telecoms. Il-ftehim kien għadu ma ġiex iffirmat minħabba l-għeluq tal-uffiċċji fil-vaganzi tal-Milied u l-accountant tiegħu jinsab fil-kwarantina.
Thake, chairperson u azzjonist uniku ta’ Vanilla Telecoms, saħaq li l-pożizzjoni personali tiegħu tat-taxxa hija “normali” u li hu personalment ma kellu l-ebda dejn xejn ma’ tat-taxxa. “Id-dħul kollu ġie ddikjarat fil-ħin u m’hemm l-ebda allegazzjoni jew suspett ta’ evażjoni tat-taxxa,” dejjem sostna Thake.
Huwa qal ukoll li l-pulizija bi żball ressqet kawża fil-qorti kontrih dwar taxxa tal-eko-kontribuzzjoni li qal kienet diġà tħallset. Wara li ħarġu r-rapporti, Thake kien trasparenti f’dan il-każ tant li rrapporta lilu nnifsu lill-Kummissarju tal-Istandards fejn talab investigazzjoni dwar jekk kisirx l-istandards etiċi f’xi ħin. L-Avukat Andrew Borg Cardona fetaħ il-libell għan-nom ta’ Thake.
//= $special ?>