L-eżamijiet fi ħdan l-Università ta’ Malta fil-maġġoranza tagħhom se jkunu qed isiru fuq bażi online.
Dan ġie mħabbar mill-Kunsill Studenti Universitarji wara diversi jiem jappellaw sabiex dan iseħħ hekk kif waqt li n-numri ta’ każi ġodda tal-pandemija qed jiżdiedu u l-ammont ta’ persuni fi kwarantina qed ilaħqu l-għexieren tal-eluf kienet se tkun ferm diffiċli sabiex kull student jattendi għall-eżamijiet b’mod fiżiku.
KSU laqgħu din l-aħbar b’sodisfazzjon hekk kif l-inkwiet tal-istudenti ngħataw widen.
Ġie spjegat li dan ifisser li studenti fi kwarantina pożittivi mhux se jkunu qed ipoġġu għall-eżami f’Settembru iżda se jkun qed issir sessjoni speċjali wara s-sessjoni oriġinali tal-eżamijiet.
KSU spjegaw li se jkunu qed josservaw is-sitwazzjoni sabiex din l-inċertezza kollha ma terġax tfeġġ fil-futur.
Kull min għandu xi domandi għandu jagħmel kuntatt minnufih mal-KSU hawn.
//= $special ?>