Internazzjonali

L-Irlanda mhux se ddaħħal l-obbligu tal-booster biex wieħed jidħol f’ristorant

Bħalissa m’hemm l-ebda pjan mill-Gvern Irlandiż li jdaħħal l-obbligu li wieħed jieħu il-booster sabiex ikun jista’ jmur f’ristorant… stqarr id-Dipartiment tas-Saħħa Irlandiż.

Dan filwaqt li dawk li rċevew ix-shot tal-booster ser ikollhom iċ-ċertifikat tagħhom aġġornat permezz ta’ email fil-jiem li ġejjin.

Iċ-ċertifikat ser ikollu wkoll QR Code.

Regoli ġodda tal-UE li jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Frar ifissru li ċ-ċertifikat diġitali tal-vaċċin se jkollu validità ta’ disa’ xhur mit-tilqima.