Ir-regola li fassal il-Gvern Malti u li tpoġġi skadenza ta’ ċertifikat tal-vaċċin wara tliet xhur hi fi ksur tar-regoli tal-Kummissjoni Ewropea.
Kelliema għall-Kummissjoni qed jgħidu li r-regola tal-Gvern ta’ Robert Abela u li mistennija tidħol fis-seħħ fis-17 ta’ dan ix-xahar tmur kontra regoli Ewropej.
Filfatt il-Gvern Malti jrid li ċertifikat tall-vaċċin jiskadi tliet xhur wara li tittieħed it-tieni doża tat-tilqima u wara disa’ xhur mill-booster. Dan filwaqt li skont regoli tal-Unjoni Ewropea, Membri Stati huma obbligati jaċċettaw ċertifikat tal-vaċċin maħruġa sa’ disa’ xhur minn mindu persuna jkun ingħata t-tieni doża jew l-ewwel tilqima sħiħa.
Dan ipoġġi lil pajjiżna f’anomilja meta wieħed iqis li bir-regoli kif mistennija jkunu mis-17 ta’ Jannar il quddiem, persuna residenti f’Malta li ma jkunx ħa d-doża tal-booster mhux se jkun jista’ jidħol f’bar jew restaurant, każin, gym jew pool, iżda jkun jista jivvjaġġa fil-Membri Stati kollha tal-Unjoni Ewropea dment li jkun ħa t-tilqima sħiħa mhux aktar minn disa’ xhur ilu.
//= $special ?>