Futbol Sport

Lewandowski, Salah u Messi fost in-nominati fil-FIFA Best Awards

Robert Lewandowski, Mohammed Salah u Lionel Messi huma n-nominati ewlenin għall-aqwa player tal-Best FIFA Football Award. Ir-rebbieħ ta’ dan l-unur se jitħabbar f’ċerimonja fi Zurich fis-17 ta’ Jannar. Intant, fil-kategorija tal-aqwa player tan-nisa it-tliet finalisti huma Alex Puetellas u Jenni Hermoso ta’ Barcelona, kif ukoll l-attakkanta ta’ Chelsea Sam Kerr. Fil-kategorija tal-coaches il-finalisti huma Pep Guardiola ta’ Man City, Thomas Tuchel ta’ Chelsea kif ukoll il-coach tat-tim nazzzjonali Taljan Roberto Mancini.