Futbol Sport

Man City b’rebħa komda fuq Swindon

F’County Ground kwalifikaw għar-round li jmiss tal-FA Cup meta kisbu rebħa faċli ta’ 4-1 fuq Swindon Town. Minkejja n-numru ta’ każijiet ta’ Covid-19 fl-iskwadra ta’ Man City, inkluż il-coach Pep Guardiola, l-assistent Rodolfo Borrell xorta waħda rnexxielu jagħżel formazzjoini b’saħħitha kontra tim mir-raba diviżjoni tal-futbol Ingliż.

Huma fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta minn pass ta’ Cole Palmer kien Bernardo Silva li xeħet fix-xibka għal 1-0. Biex fit-28 minuta kien Gabriel Jesus li approfitta min-nuqqas fid-difiża ta’ Swindon u tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

It-tielet gowl għal Man City wasal fid-59 minuta minn freekick ta’ Ikay Gundogan. Tliet minuti wara Man City ingħataw penalty iżda Gabriel Jesus ra x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper Lewis Ward. Kontra x-xejra tal-logħob, Swindon naqqsu d-distakk fit-78 minuta meta kien Harry McKirdy li għeleb lil Zack Steffen għal 3-1. Madanakollu, erba’ minuti wara kien Cole Palmer li b’konklużjoni fl-anglu tax-xibka għalaq il-partita għal Man City u għamel l-iskor 4-1.

Intant bejn għada u l-Ħadd jintlagħab programm sħiħ ta’ partiti minn din il-kompetizzjoni. Għada jkunu fl-azzjoni Chelsea kontra Chesterfield filwaqt li l-holders Leicester se jkunu qed jaffrontaw lit-tim mill-Premier League Watford, fil-King Power Stadium. Intant il-Ħadd jidħlu fl-azzjoni it-timijiet ta’ Liverpool, Tottenham, West Ham u Arsenal, b’Man Utd jaffrontaw lil Aston Villa it-Tnejn filgħaxija.

FA CUP

Illum : Swindon v Man City 1-4
Għada: Mansfield v Middlesbrough 1.15pm, Bristol v Fulham 1.30pm, Burnley v Huddersfield 1.30pm, Coventry v Derby 1.30pm, Hartlepool v Blackpool 1.30pm, Milwall v C’Palace 1.45pm, Barnsley v Barrow 4.00pm, Borehom v Wimbledon 4.00pm, Kidderminster v Reading 4.00pm, Leicester v Watford 4.00pm, Newcastle v Cambridge 4.00pm, Peterborough v Bristol R. 4.00pm, Port Vale v Brentford 4.00pm, QPR v Roterham 4.00pm, West Brom v Brighton 4.00pm, Wigan v Blackburn 4.00pm, Birmingham v Plymouth 6.30pm, Chelsea v Chesterfield 6.30pm, Hull City v Everton 6.30pm, Swansea v Southampton 6.30pm, Yeovil v Bournmouth 6.45pm
Il-Ħadd: Luton v Harrogate 1.30pm, Cardiff v Preston 3.00pm, Charlton v Norwich 3.00pm, Liverpool v Shewsbury 3.00pm, Stoke v Leyton Orient 3.00pm, Tottenham v Morecambe 3.00pm, West Ham v Leeds 3.00pm, Wolves v Sheff. Utd 3.00pm, Nottingham F. v Arsenal 6.10pm
It-Tnejn: Man Utd v Aston Villa 8.55pm