Din is-sena f’pajjiżna se jkollna Jum San Valentinu b’differenza…flimkien mal-mużika tal-Modern Talking.
Dan hekk kif l-14 ta’ Frar se jkun qed jiġi organizzat kunċert fl-MFCC, f’Ta’ Qali mill-kantant tad-duo leġġendarju Ġermaniż tal-Modern Talking Thomas Anders flimkien mal-band tiegħu.
Il-kanzunetti ta’ dan il-grupp ċertament li huma familjari ma’ kull ġenerazzjoni, popolari ferm mal-Maltin u Għawdxin bil-kanzunetti pop tagħhom tas-snin tmenin u disgħin fejn biegħu mal-125 miljun album b’kanzunetti bħal You’re my heart, you’re my soul u We Take The Chance.
Net News tkellem mal-organizzatur ta’ dan l-avveniment Peter Caruana illi spjega li dan se jkun spettaklu uniku fejn f’pajjiżna li ilna ma naraw bħalu.
Huwa insista li huma bosta dawk li diġà qatgħu l-biljetti tagħhom hekk kif dak il-kunċert mistenni jiġbed l-attenzjoni ta’ diversi persuni li mhux biss ilhom isegwu lil din il-band tul dawn l-aħħar 40 sena iżda ankè min ikun jixtieq ħarġa speċjali mal-maħbub jew maħbuba tiegħu.
Dan l-avveniment se jkun qed josserva ż-żamma tal-protokolli kif mitluba mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika biż-żamma tad-distanza soċjali, seating maqsum f’dawk imsejħa bubbles u entraturi differenti.. kif ukoll bil-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Għal xiri ta’ biljetti għafas hawn.
//= $special ?>