Futbol Sport

Philippe Coutinho jissieħeb b’self ma’ Aston Villa… Newcastle jikkonfermaw lil Kieran Trippier

Aston Villa kisbu b’self lil midfielder ta’ Barcelona Philippe Coutinho għal kumplament tal-istaġun. Il-ftehim jinkludi wkoll l-għażla li Aston Villa jagħmlu t-trasferiment wieħed permanenti fi tmiem l-istaġun, bil-plejer mistenni jivvjaġġa lejn Birmingham għat-testijiet mediċi fil-jiem li ġejjin.

Coutinho se jkun qed jingħaqad mal-coach Steven Gerrard li miegħu qatta’ sentejn bħala plejer ta’ Liverpool. Coutinho issieħeb lil Barcelona mingħand Liverpool fl-2019 għas-somma rekord ta’ £146 miljun iżda ma rnexxielux jikseb postu mal-ewwel ħdax.

Min-naħa l-oħra Newcastle ikkonfermaw it-trasferiment ta’ Kieran trippier għas-somma ta’ £12-il miljun. Trippier iffirma kuntratt ta’ sentejn u nofs biex b’hekk sar l-ewwel player li nxtara mill-konsorzju mis-Arabja Sawdija.

Newcastle qed ikomplu jħarsu li jsaħħu l-iskwadra tagħhom matul dan ix-xahar hekk kif jinsabu fid-19-il post tal-klassifika fil-Premier League.