Rumen ta’ 32 sena kien arrestat fi Spanja b’rabta ma’ serqa li seħħet fl-2015 minn residenza fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f’Santa Venera.
Dakinhar, il-Pulizija kienet infurmata li xi ħadd kien daħal fir-residenza, seraq diversi affarijiet – fosthom apparat elettroniku u ġojjellerija – u ħarab mill-post. Dwar il-każ, il-Maġistrat Josette Demicoli kienet mexxiet Inkjesta.
Minn dak iż-żmien, hu mar jgħix fi Spanja u għalhekk, inħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew. Hu kien arrestat mill-Guardia Civil ta’ Spanja u wara li tressaq fil-Qorti Spanjola, ir-Rumen kien rilaxxat lill-Awtoritajiet Maltin qabel ma nġieb f’pajjiżna skortat mill-Pulizija Maltija.
Hu mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin, quddiem il-Maġistrat tal-għassa Ian Farrugia, b’akkużi relatati ma’ dan il-każ, fost oħrajn.
//= $special ?>